Futbol Sport

Ħamrun Spartans determinati li jfittxu l-ewwel gowl tagħhom kontra Lincoln Red Imps

Ritratt: Joseph Galea

Fir-raba’ ġurnata tal-UEFA Confernce League it-tim Malti Ħamrun se jkunu qed jaffrontaw lil Lincoln Red Imps ta’ Ġibilta’. Minkejja tliet prestazzjonijiet pożittivi għal Ħamrun huma għadhom mingħajr punt fil-kompetizzjoni.

Fil-kummenti tiegħu lill-media il-kowċ Giacomo Modica qal li t-tim kien jistħoqqlu ferma aħjar fil-partiti li għaddew fejn wera li kapaċi jilgħab f’dan il-livell Ewropew. Modica insista li t-tim qed jipprepara bl-aħjar mod li jista’ għal partita filwaqt li ħerqan biex jara t-tim finalment jaqta’ lf-rott tal-ħidma li saret.

L-attakkant N’dri Koffie wkoll sostna li l-plejers ta’ Ħamrun se jkunu qed jagħtu kollox sabiex jiskorjaw l-ewwel gowl tagħhom fil-kompetizzjoni.