Il-Bank of Valletta ta bidu għall-istaġun festiv bil-kampanja ‘Shop, Tap & Win’ f’The Point Shopping Mall, li tagħti lill-konsumaturi ċ-ċans li jirbħu vawċers ta’ €200 meta jħallsu permezz tal-kards tal-BOV matul Diċembru u Jannar.
Bejn l-1 ta’ Novembru 2025 u l-31 ta’ Jannar 2026, dawk li jixtru u jħallsu b’kard tal-BOV f’The Point għandhom ċans li jkunu fost disa’ rebbieħa. Kull xahar se jintgħażlu tliet persuni u jirċievu vawċer ta’ €200 minn The Point. Kemm jekk għal Black Friday, għar-rigali tal-Milied, jew fis-sales ta’ Jannar, kull xirja tista’ tkun dik rebbieħa.
Huwa sempliċi ħafna biex il-klijenti jieħdu sehem. Kulma għandhom jagħmlu huwa li jonfqu tal-inqas €25 minn kwalunkwe ħanut f’The Point, iħallsu b’kard tal-BOV, inkluż Cashlink Malta, u jtellgħu kopja tal-irċevuta tagħhom fuq il-paġna Spend & Win fuq il-website tal-BOV. Kull irċevuta tfisser ċans ta’ rebħ, u aktar ma jintbagħtu irċevuti aktar jiżdied iċ-ċans ta’ rebħ. L-uniċi eċċezzjonijiet huma x-xiri mill-Eurospar u s-CT Park Limited, li ma jikkwalifikawx.
Waqt it-tnedija tal-kampanja, Chris Degabriele, Head eBanking tal-BOV, spjega, “Dan huwa l-istaġun meta n-nies ikunu diġà bdew għaddejjin bix-xiri tal-Black Friday u r-rigali tal-Milied. B’din il-kampanja, qed inżidu ftit l-eċċitament f’dan il-perjodu, u nagħtu lill-konsumaturi raġuni oħra biex jagħżlu l-kards tal-BOV kull meta jixtru. Nefqa sempliċi ta’ €25 tista’ twassal biex jintrebħu €200. Fid-dawl li l-promozzjoni se tibqa’ fis-seħħ sal-aħħar ta’ Jannar 2026, anke x-xiri waqt is-sales ta’ Jannar se jkun eliġibbli. Dan ifisser li l-ferħ tal-festi mistenni jestendi lil hinn mill-bidu tas-sena.”
Il-kampanja se tidher fuq l-iskrins diġitali ċirkolari tal-mall kif ukoll fuq il-midja soċjali. L-ismijiet tar-rebbieħa jittellgħu bejn Diċembru 2025 u Frar 2026, u r-rebbieħa jiġu kkuntattjati direttament bit-telefon u bl-email.
It-termini u l-kundizzjonijiet kollha jinsabu fuq il-website tal-Bank of Valletta; www.bov.com/point-spend-and-win
//= $special ?>

