Lokali Parlament

Il-gvern ftit qed jagħti importanza liż-żgħażagħ


Bernice Bonello, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello qalet fil-parlament li l-gvern ftit qed jagħti importanza liż-żgħażagħ.

Bernice Bonello qalet li l-gvern ftit qed jagħti importanza liż-żgħażagħ fl-aħħar tliet budgets fosthom fis-sajd fejn il-miżuri ma rnexxewx. Hi kompliet li fl-aħħar budget hemm proposti tajbin li jeħtieġ ikunu implimentati u qalet li hemm diversi problemi fis-settur tal-volontarjat u fir-rikonoxximent tal-għaqdiet.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex titneħħa l-burokrazija u pproponiet li jkun hemm impjegat anki fl-università biex tgħin lill-għaqiet jagħmlu d-dokuentazzjoni meħtieġa biex ikunu aġġornati mar-regoli l-ġodda. Hemm għaqdiet li qed jeħlu multi għaliex kellhom nuqqasijiet.

Bernice Bonello qalet li hawn għaqdiet li qed jikkunsidraw li jgħalqu l-għalqa minħabba nuqqas ta' nies u minħabba l-burokrazija. Hi semmiet l-edukazzjoni u qalet li għad hawn sistema antika li mhijiex tavvanza daqs pajjiżi oħra Ewropej. Il-persuni li għandhom problemi li jitgħallmu qed jiffaċċjaw problemi kbar.

Fl-università hemm miżuri għall-atleti professjonali biex l-istudenti jingħataw iktar għajnuna meta jkollhom eżamijiet imma din is-sistema jeħtieġ li tkun imsaħħa u miftuħa iktar anki għal min għandu problemi ta' tagħlim.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ħames lokalitajet biss qed jimplimentaw l-Ambaxxatur taż-Żgħażagħ u appellat biex il-kunsilli lokali jwettqu din il-miżura. Hi tkellmet dwar il-propjetà u qalet li din reġgħet għoliet u kabbret il-piżijiet fuq iż-żgħażgħ, il-familji u fuq il-ġenituri. Il-proposti tal-gvern mhumiex biżżejjed quddiem din l-isfida, sostniet Bernice Bonello, li kompliet li l-PN dejjem appoġġja liż-żgħażagħ.