David Agius, PN
Id-Deputat Nazzjonalista David Agius sostna fil-parlament li l-gvern m’għandux politika nazzjonali dwar l-isport.
Hu sellem lill-atleti Neil Agius u Fabio Spiteri għall-kisbiet li għamlu fl-isport u qal li l-gvern għandu jagħti iktar appoġġ lil dawk li jaħdmu fl-isport, iżda l-gvern m’għandux politika nazzjonali dwar l-isport iżda għandu biss dokument ta’ diskussjoni tal-2016 dwar l-isport.
David Agius kompla li l-gvern ħallas €7.4 miljun u €1.8 miljun għall-Każin tal-Banda Kings Own tal-Belt; iżda l-isport Malti lanqas ħaqq każin tal-banda m’għandu flus ivvotati għalih. Dan għaliex l-ammont ta’ investiment kapitali fl-isport hu €6 miljuni minn budget ta’ €9 biljuni. Hu qal li m’hemm xejn ivvotat għall-ground tal-football fl-Imsida.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-liġi dwar kif se jsiru l-Isport Ltd Companies għadha ma saritx u staqsa jekk l-MFA ingħatax l-art f’Ta Qali biex isiru l-iżviluppi neċessarji. Hu staqsa wkoll: l-Assoċjazzjoni Sport Muturi se titmexxa minn Ta’ Qali? Hemm fondazzjoni li tara x’qed jiġri f’Ta’ Qali flimkien mal-MFCC biex kollox ikun organizzat? Min hi l-Fondazzjoni dwar il-Marsa u kemm iltaqgħet?
Hu qal li l-Marsa Sport Complex hu diġà miftuħ iżda fil-budget il-gvern qal li se jinawgurah. Fil-Marsa għandu jkun hemm diversi sports differenti li joperaw b’mod organizzat, sostna David Agius, li qal li jrid ikun hemm attenzjoni dwar x’se jsir fir-rugby għaliex l-art ingħatat lir-rugby u mhux lil xi ħaddieħor. Dan għaliex jidher li hemm ftehim ma’ xi ħaddieħor.
Nispera li mhumiex jinkisru r-regoli tal-Parlament, sostna David Agius, li staqsa x’qed isir biex jinħarġu l-permessi biex ikun hemm parkeġġ fil-Marsa għad-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Support il-korsa kellu jsirilha €18-il miljun f’titjib fl-2017 iżda dan ma twettaqx.
David Agius semma’ t-trakka ta’ Ħal Far u qal li fl-Awtorità tal-Ippjanar hemm indikat li din waqfet. Dokument ta’ Transport Malta jgħid li l-Malta Air Traffic Services identifikat kwistjonijiet dwar din il-proposta minħabba li din tista’ tfixkel l-antennas. Il-gvern ivvota biss €400,000 għat-trakka iżda l-istudju ta’ Grodon Cordina jispeċifika li din tiġi tiswa iktar minn €70 miljun biex titlesta. Il-ministru għandu jagħti garanzija li sport ieħor fiż-żona, fosthom il-karting, jibqgħalhom l-art li għandhom.
Hu qal li għandu jkun hemm focus biex Malta tirbaħ midalja fl-Olimpjadi u għalhekk il-ħidma għandha tibda minn issa. Dwar ir-regatta hu qal li għandu jkun hemm sigurtà fil-Port il-Kbir waqt it-taħriġ. X’qed isir dwar il-programm il-ġdid tal-akkademji li kellu jibda? Il-gvern ma jridx jagħmel velodrome għaċ-ċiklisti, qal David Agius, li kompla li Gvern Nazzjonalista jagħmel velodrome għaċ-ċiklisti, boċċi drome għal min iħobb dan l-isport u padiljun għall-futsal.
Hu qal lil-esport għandu jompli jikber u jkun appoġġjat u sostna li l-għaqdiet sportivi fil-verità mhumiex mhedda mill-PN kif allega l-PL. Dwar l-antidpoing hu qal li saru iktar minn 300 test li tmienja minnhom kienu pożittivi. Jeħtieġ li jkun hemm ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport, appella David Agius, li enfażizza l-importanza tal-integrità fl-isport.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jeħtieġ li l-Kummissarju għall-Volontarjat u l-Isport ikun responsabbli lejn il-parlament u l-AIMS għandu tkun repsonabbli lejn il-Kummissarju tal-Volontarjat u l-Isport. Dwar l-Ispecial Olympics, hu qal li l-investiment m’għandux ikun din is-sena biss iżda li għas-sena li ġejja wkoll u li-budget ikun qed jiżdied. Il-PN jemmen li t-tfal kollha għandhom jagħmlu 20 minuta eżerċizzju kuljum fl-iskejjel u li jkunu mtejba l-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel.
Hu appella biex il-Politika Nazzjonali tal-Isport tkun tinkludi wkoll ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi barranin u appella biex ikun hemm monitoraġġ tal-artijiet li jingħataw lill-isportivi biex dawn jitmexxew mill-isportivi u mhux min-negozji. Jeħtieġ li l-inizjattivi ma jkunux biss għall-gyms iżda għal attivitajiet sportivi oħra, sostna David Agius.
//= $special ?>

