Fi kliem il-Professur Andrew Azzopardi, Ministru għandu jagħmel dak li huwa onorabbli sakemm inaddaf ismu. Dan wara li ma kien hemm ebda ċaħda mill-Ministru Roderick Galdes dwar dak li qed jissejjaħ l-iskandlu tal-Malita – b’Galdes jgħid biss li hu wettaq biss “sorveljanza”.
Roderick Galdes kien akkużat li indaħal fil-kumpanija Malita Investments, u li kien jifrekwenta u joħroġ mal-kuntratturi. Dan saħqitu l-eks Membru Parlamentari Ewropew Laburista u eks Chairmain ta’ Malita plc, Marlene Mizzi f’kitba fuq il-midja soċjali, fejn Mizzi akkużat lill-Ministru responsabbli mill-housing li kien jindaħal fl-affarijiet tal-kumpanija u saħansitra jifrekwenta l-kuntratturi. Biex imbgħad, meta kkonfrontat lil Ministru Galdes dwar dan kollu, dan keċċiha.
Bl-eks MEP tal-Labour tiddikjara li kien ta’ unur għaliha li tneħħiet, għaliex l-istorja se tkun qed titkellem waħedha.
Ilbieraħ, Net News żvela li anke ċ-Chairperson preżenti tal-Malita irriżenja. U l-Ministru ma ċaħad XEJN mill-akkużi serjissimi li qed isiru kontrih.
Issa, fuq il-media soċjali, Andrew Azzopardi stqarr illi “f’ pajjiz demokratiku, Ministru akkużat li tħabbeb ma’ kuntrattur/i għandu jagħmel dak li hu onorabbli sakemm ismu jitnaddaf”.
//= $special ?>

