Ewropa Internazzjonali

Il-Parlament Ewropew jitlob infurzar aktar b’saħħtu kontra l-pjattaformi elettroniċi

Il-Parlament Ewropew approva riżoluzzjoni li titlob infurzar aktar deċiżivi tal-liġijiet tal-UE wara li l-iskandlu li seħħ fi Franza, li kixef bejgħ ta’ prodotti espliċiti fuq pjattaformi bħal Shein u Temu.

Il-MEPs argumentaw li dan l-każ hu ksur serju tal-liġi tal-UE u prova ta’ fallimenti fis-sorveljanza tas-swieq li huma online, fejn appellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħaddi din ir-rizoluzzjoni minn diskuzzjonijiet għal azzjoni konkreta taħt id-DSA u r-Regolamenti dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.

Din ir-riżoluzzjoni tisħaq li f’każijiet ta’ ksur ripetuti jew sistemiku, għandu jkun possibli li pjattaformi jiġu sospiżi temporanjament, u li din il-miżura ma tibqax titqies bħala pass eċċezzjonali.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew saħaq ukoll fuq il-problema relatati mal-mudell ta’ dan in-negozju , li jbiegħu bi prezzijiet baxxi li huma artifiċjali, konsum eċċessiv, xogħol mhux imħallas biżżejjed u prodotti mhux sikura.

L-MEPs talbu għal aktar riżorsi għall-awtoritajiet, introduzzjoni ta’ tariffi madwar l-UE u sanzjonijet aktar iebsa kontra dawk li jiksru r-regoli.

Huma sostnew li dawn il-pjattaformi għandhom jinżammu responsabbli direttament għall-prodotti li jidħlu fis-suq Ewropew, u li ma jkunux konformi mal-liġijiet tal-UE.