Lokali Qorti

Impjegat mixli b’misapproprjazzjoni ta’ €3,336 minn min iħaddmu

Raġel ta’ 41 sena wieġeb mhux ħati nhar l-Erbgħa għall-akkużi li appropja għalih madwar €3,000 mingħand min kien iħaddmu. Kevin Vincent Zammit, li joqgħod Ħal Luqa, tressaq mixli li appropja €3,336.95, li kiseb flus b’mezzi qarrieqa u li għamel qligħ frawdolenti. Kontra tiegħu hemm ukoll akkuża ta’ rikorrenza.

L-akkuzat ċaħad l-akkużi kollha. Jidher li kien jiġbor il-flus f’isem il-kumpanija tiegħu iżda kien iżommhom għalih. Il-qorti ordnat li jinżamm taħt arrest. Il-kawża saret quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, filwaqt li l-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-ispetturi Clayton Abela u Joseph Mallia. L-avukata tal-għajnuna legali Maria Karlsson dehret għall-akkuzat.