Jerome Caruana Cilia, PN
Is-settur tas-servizzi finanzjarji jista’ jkompli joffri opportunitajiet kbar għall-pajjiżna. Jekk verament irridu nkunu ċentru ta’ eċċellenza f’dan is-settur, irridu nibżgħu għalih u naraw kif se nsaħħuħ.
Hekk saħaq ix-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia waqt intervent fid-dibattitu Parlamentari dwar l-estimi tal-Ministeru tal-Finanzi, li matulu tkellem ukoll dwar l-opportunitajiet u l-isfidi tas-settur tas-servizzi finanzjarji.
F’dan il-kuntest, huwa indirizza numru ta’ elementi li huma kruċjali biex din l-industrija tkompli tissaħħaħ, fosthom il-kwalità regolatorja, il-governanza tajba, il-kompetittività fiskali, il-konnettività tas-suq, il-kapital uman u fuq kollox il-kwalità ta’ ħajja li joffri pajjiżna.
Hawnhekk huwa spjega kif il-mudell ekonomiku mħaddan fl-aħħar snin minn Gvern Laburista nawwar kompletament il-kwalità ta’ ħajja f’pajjiżna. Prova ta’ dan, huwa kkwota rapport tal-gvern stess dwar it-trasport, li sab li t-traffiku se jkun qed jiswa lill-poplu Malti €770 miljun din is-sena.
Rapport ieħor, din id-darba tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, juri kif minn kull erba’ impjiegi li ħoloq Gvern Laburista mill-2013 ‘l hawn, marru għand il-barranin. It-tielet rapport imsemmi mid-Deputat Nazzjonalista, kien rapport tal-credit rating agency DBRS, li wera kif il-prezz tal-proprjetà f’Malta għola b’30% f’erbgħa snin biss.
Rapport ieħor, din id-darba tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, juri kif minn kull erba’ impjiegi li ħoloq Gvern Laburista mill-2013 ‘l hawn, marru għand il-barranin. It-tielet rapport imsemmi mid-Deputat Nazzjonalista, kien rapport tal-credit rating agency DBRS, li wera kif il-prezz tal-proprjetà f’Malta għola b’30% f’erbgħa snin biss.
Id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia spjega li l-Partit Nazzjonalista jemmen li t-tkabbir ekonomiku għandu jirriżulta minn żieda fil-produttività, f’impjiegi li joffru pagi u kundizzjonijiet aktar tajbin u f’aktar kumpaniji jħallsu aktar, mhux għax qed nintaxxawhom aktar iżda għax qed jipproduċu aktar. Minflok, il-politika ta’ Gvern Laburista mmexxija minn Robert Abela u Clyde Caruana baqgħet ibbażata fuq mudell mhux sostenibbli.
Id-Deputat Nazzjonalsita tkellem ukoll dwar il-qagħda finanzjarja tal-pajjiż, fejn sostna li meta wieħed jikkunsidra li l-Gvern ippreżenta il-budget bħala riżultat tas-suċċess ekonomiku, wieħed kien jistenna titjib fil-pożizzjoni fiskali ta’ pajjiżna. Minflok, skont it-tbassir tal-Gvern stess, sal-aħħar tas-sena d-dieħla id-dejn tal-Gvern se jmiss it-€12-il-biljun u nofs u se jaqbeż l-€14-biljun sas-sena 2028.
Id-Deputat Jerome Caruana Cilia tkellem ukoll dwar il-ħidma li għaddejja fuq livell Ewropew fis-settur finanzjarju, fejn jidher li hemm imbuttatura qawwija favur aktar armonizzazzjoni u ċentralizzazzjoni tas-superviżjoni finanzjarja. Hawn huwa esprima l-ħsieb li dawn ir-regoli u strutturi għandhom isiru biss f’sitwazzjonijiet fejn l-istati membri ma jkunux f’pożizzjoni li jwettqu regolamentazzjoni effettiva tas-suq waħidhom. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx ma’ armonizzazzjoni akkost ta’ kollox, iżda dejjem jekk dan ikun fl-interess tal-pajjiż.
“B’mod partikolari qed nappella biex dejjem jitħares il-prinċipju ta’ proporzjonalità, fil-leġizlazzjoni implimentata fuq livell Ewropew u konsiderazzjoni tal-interessi ta’ pajjiżi żgħar u li jinsabu fil-periferija bħal Malta. “
Filwaqt li esprima r-ringrazzjament tiegħu għall-ħidma sfiqa tal-Malta Financial Services Advisory Council, huwa enfasizza l-importanza ta’ strateġija unifikata għas-settur finanzjarju. Huwa appella biex ikun hemm iktar koordinazzjoni fil-ħidma governattiva, b’mod partikolari fil-ħidma f’oqsma differenti bħall-ambjent, it-trasport u l-infrastruttura.
Huwa temm id-diskors tiegħu b’referenza għall-proposti tal-Partit Nazzjonalista biex il-ħolqien tal-ġid ikun tradott f’aktar ħin għall-familji, għal mistrieħ, f’ambjent aħjar u aktar san. “Aħna nemmnu fis-sidien ta’ negozju, fl-imprendituri, fil-professjonisti, fil-ħaddiema, fil-pensjonanti, fl-istudenti Maltin. Intom jixirqilkom aħjar u l-Partit Nazzjonalista qiegħed hawn, biex flimkien magħkom, jagħtikom futur aħjar, futur li tassew jixirqilkom”, temm jgħid Jerome Caruana Cilia.
//= $special ?>

