Lokali Parlament

Is-sistema edukattiva qed tonqos bil-kbir fl-inklużjoni

Justin Schembri, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal fil-parlament li s-sistema edukattiva qed tonqos bil-kbir fl-inklużjoni; settur kruċjali għall-iżvilupp tal-istduenti kollha.

Justin Schembri qal li l-edukazzjoni mhijiex l-istatistika jew l-istrateġiji iżda hi l-individwi; it-tfal, l-għalliema u l-edukaturi. Hu tkellem dwar il-kwalità tal-ħajja tal-persuni f’dan is-settur u qal li hi pjaga li hawn ġenituri li jrrikorru fuq il-politiċi għall-għajnuna għaliex meta jersqu lejn il-kulleġġi u l-iskejjel għall-għajnuna iżda jibqgħu ma jinstemgħux. Dan għaliex is-sistema mhjiex tilħaq lill-istudenti kollha. Waħda mill-ikbar sfidi tas-settur hi propju l-inklużjoni li qed teffettwa s-sistema kollha.

Justin Schembri qal li jekk l-inklużjoni mhijiex se tirnexxi, is-sistema edukattiva kollha tispiċċa. L-inklużjoni ma tibdiex u tispiċċa mal-LSEs li ma jingħatawx il-warrant li jixirqilhom.

Fl-inklużjoni hemm tliet deċiżjonijiet; is-segregrazzjoni tat-tfal li jkunu kkunsidrata bħala li mhumiex tajbin biżżejjed kontra kull konvenzjoni internazzjonali, jew ikun hemm klassijiet bi tfal b’diffikultajiet u jkollhom LCE biex mingħalina l-problema tissolva jew tinħoloq sistema li fiha l-iskejjel ikunu iktar inklussivi.

Hawn tfal li mhumiex jingħataw LSE minkejja li dawn it-tfal għandhom dritt, sostna Justin Schembri, li kompla li m’hawnx il-bażi għall-inklużjoni fl-iskejjel għaliex m’għandhomx ir-riżorsi neċessarji. Hu qal li l-main stream għandh tkun is-sitema minnha nnfisha biex il-bżonnijiet ta’ kulħadd ikunu akkomodati.

Justin Schembri qal li m’hemmx għajnuna biex l-LCE’s jibqgħu fis-sistema; dan qed jeffettwa lill-għalliema. Jeħtieġ studju biex ikunu speċifikati r-raġunijiet dwar xejriet negattivi fl-edukazzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex jgħolew l-istipendji għall-istudenti li jsegwu ċertu korsijiet fl-edukazzjoni, isiru riformi fl-LSEs u fit-taħriġ tagħhom, ikun assigurat tagħlim speċifikat lill-għalliem dwar l-inklużjoni fil-klassijiet tal-main stream u jeħtieġ investiment fl-infrastruttura tal-iskejjel. Minkejja kollox, l-iskejjel mhumiex jibqgħu u jagħtu ġid lil kulħadd. Jeħtieġ ukoll ikun monitoraġġ tal-istudenti f’mod individwali.

Hu semma’ l-assessjar u qal li l-PN hu favur is-sistema ta’ assessjar kontinwu iżda l-gvern ma jridx jaċċetta li hemm difetti u jeħtieġ diskussjoni dwarha biex tkun iktar ekwa, gradwali u koordinata anki bl-AI.

Justin Schembri kompla li jeħtieġ diskussjoni dwar l-awtonimija taliskejjel u l-kulleġġi. Il-gvern qered il-lingwa Maltija fl-iskejjel stess, sostna d-deputat Nazjonalista, li qal li hemm nuqqasijiet kbar fiċ-child cares fosthom li m’hemmx carers Maltin. Hu semma’ l-MCAST u qal li hemm bżonn riformi fl-MCAST u fl-Università. Il-gvern qed jivvota biss €1.3 miljun fir-riċerka; liema vot mhuwiex biżżejjed għal dan is-settur tant importanti. Il-PN hu kommess li jibni fuq it-tajjeb li hemm iżda hemm bżonn rikonoxximent ta’ dak li mhumiex qed jirnexxi, sostna Justin Schembri.