Diversi bnadi tat-Tajlandja spiċċaw taħt l-għargħar wara l-akbar inżul tax-xita għal xejn anqas minn 300 sena f’numru ta’ inħawi.
Il-livell tal-għargħar hu wieħed rekord, b’talanqas 40 jitilfu ħajjithom u bl-awtoritajiet qed jużaw il-bastimenti militari u l-ħelikopters biex jappoġġjaw l-impenji għall-għajnuna.
Il-ħalbiet tax-xita bla waqfien ħallew ħerba’ f’talanqas għaxar provinċji lejn in-nofsinar tat-Tajlandja — u wara li d-dulluvju baqa’ konsistenti għal kważi ġimgħa.
Dan ukoll meta l-akbar inżul tax-xita għall-mijiet tas-snin kien irreġistrat fil-belt ta’ Hat Yai, li hi hub kummerċjali viċin il-fruntiera mal-Malasja u fejn mifhum li niżlet 335 millimetru ta’ xita f’ġurnata waħda biss.
//= $special ?>

