Sport

L-ewwel ġurnata tal-Veterans Malta FA Premier League

 Iċ-champions Gżira United Veterans sfaw megħluba mill-Malta Football Players Association 6-3 fl-ewwel ġurnata tal-Veterans Malta FA Premier League.

Il-Malta Football Players Association kellhom lil Jonathan Bondin li skorja tliet gowls filwaqt li Julian Galea, Stephen Wellman u Manuel Sevasta skorjaw gowl kull wieħed filwaqt li għal Gżira United Kevin Sammut skorja tliet gowls.

F’logħba bbilanċjata, Hibernians bdew bl-aqwa mod possibbli l-istaġun wara li għelbu lil Floriana 6-5.

Johnny Camilleri skorja darbtejn għal Hibs bil-gowls l-oħra skorjati minn  Daniel Fodermayer, Glanville Goodlip, Steven Bonnici u Clayton Micallef.

Għal Floriana Manolito Micallef skorja erba’ gowls flimkien mal-gowl ta’ Dylan Grima .

Luxol St Andrew’s għelbu lil Rabat Veterans 2-1 b’gowls minn Glenn Bonello u Tyron Borg filwaqt li Robert Perkins kien naqqas l-iskor għal Rabat Veterans.

Żurrieq Wolves kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra Birkirkara St Helen’s b’gowls minn John Clarence Conger Thompson li skorja darbtejn flimkien mal-gowl minn Bjorn Bondin.

Ayrton Duncan u Federico Tejada Marine skorjaw il-gowls għal Birkirkara.