Lokali Parlament

Malta mhijiex se tilħaq il-miri tal-UE fir-riċerka; fost l-inqas li tinvesti fiha

Claudette Buttigieg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament li Malta mhijiex se tilħaq il-miri tal-UE fir-riċerka; fost l-inqas li tinvesti fiha.

Claudette Buttigieg qalet li fl-aħħar ġranet Malta tilfet ir-riċerkatur u xjentist Alex Felice li ħalla legat warajh kbir fis-settur tar-riċerka u sellmitlu għall-kontribut kbir li ta fir-riċerka.

Hi qalet li kien Gvern nazzjonalista li indtrouċa r-riċerka u ta importanza lil dan l-aspett. Fir-riċerka Malta am tiflaħx skossi, sostniet Claudette Buttigieg, li kompliet li l-viżjoni 2025 mgħandhiex il-pilastri neċessarji. Ir-riċerka hi l-magna li tmexxi kull viżjoni b’saħħitha. Jidher li m’hemm pjan dettaljat fl-infrastruttura, m’hemmx miri speċifiċi u mhemmx pjan kredibbli biex ikunu attirati r-riċerkaturi Maltin stess.

Il-fianjmanet bħalissa Malta qed tonfoq 0.61% tal-GDP fuq l-RMB li jinkludi l-investituri barranin li qed jingħatw it-tnaqqis fit-taxxa. Dan meta l-medja Ewropea hi 2.22% tal-GDP, qed ninvesti inqas minn terz ta’ dak li qed jinvestu pajjiżi oħrajn fl-UE. Hemm pajjiżi li mhumiex daqtsnat kbar li qed jonfuq 3% tal-GPD fuq ir-riċerka għaliex dawn fehmu li r-riċerka mhijiex aċċessorju. Jeħtieġ bidla fil-mentalità dwar ir-riċerka. Malta m’għandha ċans qatt tilħaq il-mira ta’ investiment ta’ 3% tal-GDP sal-2030 jekk mhux se jkun hemm investiment ikbar. Malta għandha bżonn tiċċaqlaq bżmod b’saħħtu ħafna fir-riċerka.

Hi appellat biex ikun hemm miri ċari għall-inqas li sal-2030 Malta tinlaħaq il-mira ta’ 1.6% tal-GDP f’investiment fir-riċerka u jkun hemm iktar tarsparenza u kontabbiltà. Hawn wisq inizjattivi frammentati, qalet Claudette Butigieg, li kompliet li l-gvern m’għandux prijoritajiet f’diversi setturi bħall-klima, l-ekonomija l-blu u r-riżorsi. Il-gvern għandu jagħti garanzija ta’ finanzjament fit-tul għal ċentri li ma jkunux fabbriki għal proġetti għal żmien qasir.

Caludette Buttigieg qalet li dan iċ-ċentri għandu jkollhom stabbilità anki għal min jaħdem fihom. Hi sostniet li ż-żgħażagħ għandhom rwol importanti fis-settur tar-riċerka iżda għandhom kuntratt ta’ tliet snin u ma jistgħux jingħataw self mill-banek. Ir-riċerka għandha tkun profsssjoni, sostniet Claudette Buttiigieg li appellat biex jingħataw inċentivi għal min jagħmel PHD. Hi appellat ukoll biex ir-rierka li ssir tkun rikonoxxuta u wżata.