Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Joe Dimech, xandar u ġurnalist li l-ħidma tiegħu misset ma’ ħajjet bosta żgur mhux forsi. Fir-rakkont tat-tfulija u l-karriera, il-profil se jgħidilna numru ta’ esperjenzi li ħafna ma jafux.
“L-aktar storja li nibqa’ niftakar li kont ħdimt fuqha mill-bidu net kienet meta nstabet tarbija f’landa taż-żibel, imwaħhla mal-ħajt”
Joe Dimech se jitkellem fuq l-esklussività li kellu x-xandir nazzjonali meta beda jaħdem hemm, u kif ix-xandir f’Malta żviluppa matul is-snin.
Lill-profil rajnih ukoll f’għadd ta’ programmi, u ma bqajnihx narawh biss fl-aħbarijiet, imma wkoll rajna anki produzzjonijiet tiegħu li anki kisbu unuri internazzjonali.
PROFILI, illejla fid-9.35pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Philip Grech
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.



