Lokali

36 student nieqsa mis-smigħ fl-iskejjel tal-Istat

Fl-iskejjel tal-Istat hemm 36 student li huma nieqsa mis-smigħ.

Jirriżulta li fl-iskejjel fejn ikun hemm studenti neqsin mis-smigħ dejjem jintbagħtu LSEs biex jagħmlu l-kors tal-lingwa tas-sinjali biex ikunu jistgħu jagħtu sapport aħjar lil dawn l-istudenti. Hemm ukoll għalliema mħarrġa apposta biex imorru fl-iskejjel biex jissapportjaw u jagħtu strateġiji lill-LSEs.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Abert Buttigieg.