Matul is-sena li għaddiet inġabar l-ammont ta’ €5.1 miljun u aktar minn €3.6 sa Settembru 2025.
Dwar l-ammonti ta’ ġbir tal-eco contribution fit-tipi kollha ta’ akkomodazzjoni tkellem fil-Parlament il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco.
Jirriżulta li dawk li għandhom tip ta’ liċenzja ta’ lukanda ħallsu l-ammont ta’ €2,817,020 f’eco contribution fis-sena 2024 u l-ammont ta’ €1,984,879 għall-perjodu minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena.
Dawk bit-tip ta’ liċenzja ta’ various, ħallsu s-sena l-oħra €1,126,162 u €767,444 din is-sena sa Settembru li għadda.
Min għandu l-permess għal holiday premises ħallsu s-sena li għaddiet €733,308 u €603,593 din is-sena sa Settembru; dawk b’guest houses €216,229 fl-2024 u din is-sena €154,403; il-host families fl-2024 ħallsu €120,441 is-sena li għaddiet u €89,856 sa Settembru ta’ din is-sena; il-hostels €115,278 is-sena li għaddiet u €65,196 din is-sena sa Settembru għal total ta’ €5,128,4385 fis-sena 2024 għal kull tip ta’ liċenzja u €3,665,371 sa Settembru 2025.
//= $special ?>

