Floriana Young Stars issorprendew meta għelbu 2 – 0 liċ-champions Qormi Daikin f’partita bbilanċjata miċ-Challenge Cup tal-Hockey.
Floriana ħadu vantaġġ mill-okkażjonijiet li ġewhom sabiex sarrfuhom f’gowls permezz ta’ Mark Camilleri u Leon Gatt.
Umpires tal-partita kienu Silvio Peralda u Alessandro Amore.
Fil-Hockey 7s, kif kien mistenni GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil White Hart 13-2.
Għal Żurrieq, Jayden Cutajar skorja erba’ gowls filwaqt li Gary Bonnici u Stefano Schembri skorjaw tliet gowls kull wieħed filwaqt li David Vella Dingli, Carmine Francese u Daniel Ellul skorjaw gowl kull wieħed.
David Agius u Deon Van Der Merwe naqqsu l-iskor għal White Hart.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.
F’logħba oħra mill-istess kompetizzjoni li rriżultat f’waħda bbilanċjata, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 5-4.
John Williams, Axel Cauchi, Julian Zahra, Nicole Zammit u Wyatt Magri skorjaw il-gowls għal Qormi Daikin. Alessandro Piscopo kompla bil-forma pożittiva tiegħu meta skorja żewġ gowls b’Angel Lupu u Kane Zammit li skorjaw il-gowls l-oħra għal Marsaskala.
Umpires kienu Alessandro Amore u Oscar Toledano.
F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 10-2 filwaqt li mill -kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi u Floriana temmew fi draw ta’ 1-1.
//= $special ?>
