Huwa minnu li l-Gvern żied it-tariffi fuq ir-reġistrazzjoni tal-mediċini. Bil-Ministru tas-Saħħa jgħid li saret konsultazzjoni.
JoEtienne Abela għamel din id-dikjarazzjoni permezz ta’ video li ppubblika fuq Facebook biex jipprova jtaffi xi ftit mill-kritika enormi li qed jirċievi mingħand in-nies wara li l-Gvern inqabad li b’din il-mossa se jiżdiedu l-prezzijiet tal-mediċini – fi kliem sempliċi, taxxa indiretta. Minkejja li l-Ministru għadu qed jipprova jillapazza u jgħid li l-prezzijiet mhux se jiżdiedu. Il-verità hi, li mit-tariffi li semma’ l-Ministru stess, u li l-Gvern daħħal baxx baxx, il-mediċini se jkunu qed jogħlew.
Il-Ħadd li għadda, il-Kap tal-PN Alex Borg qal li dawn iż-żidiet saru b’avviż legali. U għal xi raġuni ma tħabbrux fil-budget.
Dan ifisser li ż-żieda li se jieħdu l-anzjani malajr se tinxtorob.
Alex Borg qal li dan hu eżempju ieħor ta’ Gvern li jgħid li ma daħħalx taxxi ġodda iżda wara l-budget niskopru mod ieħor. Dan se jpoġġi piżijiet ġodda b’mod speċjali fuq il-familji u nies vulnerabbli, li diġà qed iħallsu minn buthom għal mediċini out-of-stock.
//= $special ?>

