Il-Malta Weightlifting Association organizzat il-Kampjonati Nazzjonali b’numru ta’ kompetizzjonijiet f’kategorij ta’ età u piż fejn inkisru diversi rekords nazzjonali.
Mia Sant rebħet it-titlu tal-Cadets bi 32kg fl-Isnatch u 43kg fil-Clean & Jerk. Emily Livori ħadet it-titlu Taħt 15-il sena wara li refgħet 37kg fl-Isnatch u 48kg fil-Clean & Jerk.
Fil-kategorija rġiel taħt 15 u 17-il sena Nathan Mifsud iddomina refa’ 95kg fis-snatch u 110kg Clean & Jerk, u kiser aktar minn disa’ rekords nazzjonali fil-kategoriji Taħt il-15, 17, 20 u 23 sena. Gabriele Frendo, ta’ 13-il sena, wera livell għoli b’sitt provi validi – 75kg snatch u 88kg fil-Clean & Jerk.
Fil-kategorija nisa Taħt 17-il sena, Aaliyah Gatt rebħet il-kategorija 69kg bi 71kg snatch u 98kg Clean & Jerk, u kisret żewġ rekords nazzjonali. Kim Camilleri Laganà kkonfermat il-forma pożittiva meta rebħet il-kategorija 53kg Taħt 17 u 20 sena u Seniors, b’67kg fl-Isnatch u 95kg fil-Clean & Jerk.
Fost il-kategoriji Juniors Taħt 20 sena u Seniors, Tenishia Thornton kellha ritorn b’saħħtu wara injury fil-polz, u rebħet il-kategorija 69kg b’total ta’ 178kg. Kaya Curmi Inguanez kisbet it-tieni post fil-kategorija 53kg b’total ta’ 131kg.
Fil-kategorija rġiel Taħt l-20 sena, Rylee Borg kiser tliet rekords nazzjonali fl-iSnatch b’refgħa ta’ 126kg. Nathaniel Fenech rebaħ il-79kg tal-U20 b’93kg snatch u 123kg Clean & Jerk. Luke Stefan Micallef temm b’89kg snatch u 114kg Clean & Jerk fejn ukoll laħaq livell ta’ 300 punt. Fil-kategorija Senior irġiel Taħt il-110kg, Vlad Baldacchino rebaħ b’130kg snatch u 152kg Clean & Jerk.
Il-Malta Weightlifting Association se torganizza l-Kampjonat tal-European Union u l-Malta Junior Open, bejn is-6 u s-7 ta’ Diċembru b’parteċipazzjoni ta’ aktar minn 100 atleta minn 22 pajjiż.
//= $special ?>

