Fi stqarrija, il-grupp db ikkonferma li l-maġġoranza tal-appartamenti fil-proġett li qed jiġi żviluppat f’Pembroke diġà sar il-bejgħ tagħhom. Dan intqal hekk kif illum l-Awtorità tal-Ippjanar tat permess biex jinbnew aktar sulari, f’żewġ torrijiet biswit il-lukanda li qed tinbena.
Issa, il-grupp db għandu permess itella’ binja ta’ 23 sular u 25 sular. Dan meta preżentament il-permess kien għal żewġ torrijiet ta’ 17 u 18-il sular.
Il-permess kien approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar illum, b’żewġ membri tal-Planning Board jivvutaw kontra u tmienja jivvutaw favur.
Il-proġett fil-bajja ta’ San Ġorġ huwa investiment li jqarreb it-€340 miljun.
//= $special ?>

