Lokali

L-Għassa tal-Imsida ilha magħluqa aktar minn sentejn

L-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida ilha magħluqa aktar minn sentejn. Din l-għassa ngħalqet lejn l-aħħar tas-sena 2023 sabiex isiru x-xogħlijiet.

Fl-istess żmien fl-Għassa tal-Gżira sar investiment biex minnha jiġi offrut servizz, kif ukoll servizz mill-Pulizija tal-komunità.

L-għeluq ta’ aktar minn sentejn tal-Għassa tal-Imsida kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.