L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Anġlu Farrugia, telaq minn Malta lbieraħ filgħodu lejn Kahira, fl-Eġittu, fejn se jipparteċipa fil-Forum u fis-Summit tal-Ispeakers dwar “Promotion of Economic Cooperation between the Two Shores of the Mediterranean: Revitalising the Barcelona Process on its 30th Anniversary”.
Din il-laqgħa ta’ livell għoli, organizzata taħt il-Preżidenza Eġizzjana tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (PA-UfM), se tiġbor flimkien Speakers, parlamentari u uffiċjali għolja minn madwar ir-reġjun tal-Mediterran.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qed imexxi delegazzjoni parlamentari Maltija magħmula minn Bernice Bonello, Carmelo Abela u Amanda Spiteri Grech u se jkun assistit minn Ian Bajada.
//= $special ?>

