L-union li tirrappreżenta l-akkademċi tal-Università eskalat it-tilwima industrijali tagħha mal-Università ta’ Malta u tat istruzzjonijiet biex il-membri ma jeħdux sehem f’laqgħat amministrattivi.
L-UMASA, kienet bdiet tilwima industrijali aktar kmieni dan ix-xahar, wara li l-Università, naqset milli tippreżenta l-offerta finanzjarja għal ftehim kolletiv ġdid.
Issa, l-union qed tgħid li rċeviet offerta mill-Gvern il-ġimgħa li għaddiet, però din l-offerta kienet ferm inqas minn dak li kien mistenni. U filwaqt li għaddiet ġimgħa l-ebda offerta għadha ma ġiet ippreżentata.
L-UMASA ordnat lill-istaff akkademiku kollu biex ma jorganizzax jew jattendi lagħat amministrattivi, la fiżikament u lanqas online, b’effett immedjat.
//= $special ?>

