Il-Gvern Laburista mat tax l-informazzjoni li talbet l-Oppożiozzjonin dwar xogħlijiet fit-Terminal taċ-Ċirkewwa u qal biss li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata perjodikament fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said staqsa lill-Ministru Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi; jgħid b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari dwar ix-xogħol tar-riġenerazzjoni tat-Terminal taċ-Ċirkewwa, fejn ġie mwieġeb li “x-xogħol li sar dan l-aħħar fuq it-terminal kien jinvolvi xogħol ta’ emerġenza fuq il-lift shafts tat-Terminal, kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-kolonni tal-istess terminal”, kemm-il direct order ingħatat u għal kull każ jgħid lil min ingħataw; x’kien l-ammont u liema xogħol kien ikopri?
Il-Ministru Chris Bonett wieġeb biss li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata perjodikament fuq il-Gazzetta tal-Gvern.
//= $special ?>

