Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal Pietà.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq San Luqa, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn karozza Kia Pikanto misjuqa minn mara ta’ 54 sena minn Pembroke, u mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 44 sena minn Tal-Pieta.
Fil-post issejħu Uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku tal-ambulanza, li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ftit tal-ħin wara ġie ċertifikat li weġġa’ gravi.
//= $special ?>

