Tela’ għal 55 persuna l-ammont ta’ vittmi li tilfu ħajjithom wara li nirien kbar ħakmu diversi djar u appartamenti f’Hong Kong fid-distrett ta’ Tai Po. Dan filwaqt li tal-inqas 270 persuna għadhom ma nstabux.
Uffiċjali tat-tifi tan-nar, qalu li n-nirien f’erbgħa min seba’ appartamenti ġew ikkontrolat, filwaqt li qed jittamaw li l-kumplament tan-nirien ikun kontrollati sal-lejla.
Fl-aħħar ħinijiet qamu diversi mistoqsijiet dwar x’kienet ir-raġuni eżatta li wasslet għal dawn in-nirien, fejn tliet membri tal-eżekuttiv ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni ġew arestati fuq akkużi ta’ qtil involontarju u negliġenza.
Dan filwaqt li l-Kumissjoni Indipendenti Kontra l-Korruzzjoni qalet li se tkun qed tniedi investigazzjoni dwar possibbiltà ta’ korruzzjoni b’rabta ma’ xogħlijiet ta’ rinovazzjoni f’din il-proprjetà.
In-nirien ġew ikklasifikati f’livel numru ħamsa, li huwa l-iktar livel perikoluż f’Hong Kong.
Fil-post wasal ukoll il-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong, John Lee li attenda biex jispezzjona s-sitwazzjoni, fejn preżenti hemm ukoll għexieren ta’ Uffiċjali tal-Pulizija.
Intant, mijiet ta’ residenti ġew evakwati f’xelters temporanji filwaqt li Hong Kong issospenda l-kampanja għall-elezzjoni tal-Kunsill Leġiżlattiv li kienet skedata għas-7 ta’ Diċembru.
//= $special ?>

