Wara li f’Lulju li għadda f’Malta sar l-iffirmar uffiċjali tal-ftehim, it-tmexxija tat-8 edizzjoni tal-Commonwealth Youth Games li se jsiru f’Malta fl-2027 ġiet imnedija uffiċjalment waqt l-Assemblea Ġenerali ta’ Commonwealth Sport li saret fi Glasgow, l-Iskozja. Delegati minn 74 Assoċjazzjoni fi ħdan il-Commonwealth minn madwar id-dinja attendew għal dan l-avveniment ewlieni li jsir kull sentejn.
Kevin Azzopardi, Segretarju Ġenerali tal-Malta Commonwealth Games Association, li ser jkun qed jispiċċa minn din il-kariga fil jiem li ġejjin – ġedded stedina uffiċjali lill-pajjiżi u territorji kif ukoll ta’ preżentazzjoni bl-aħħar dettalji dwar is-sitt sport li se jsiru f’Malta – atletika kif ukoll para-atletika, għawm inkluż para-għawm, ibburdjar, squash, waterpolo u weightlifting flimkien ma’ netball u triathlon li se jsiru f’Għawdex.
Huwa mistenni li aktar minn 1000 atleta u 600 kowċ u uffiċjali se jipparteċipaw fil-Logħob li se jsiru bejn id-29 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru 2027, u li se jkunu segwiti bl-Assemblea Ġenerali li se ssir jumejn wara.
Fit-tmiem tal-preżentazzjoni, il-President ta’ Commonwealth Sport, Donald Rukare, ippreżenta l-‘quaich’ – is-simbolu ikoniku tal-avveniment – lill-President tal-Commonwealth Games Association Malta, Julian Pace Bonello.



