Lokali Parlament

95 pazjenti jistennew trapjant għall-kliewi

Huma 95 pazjenti li qed jistennew trapjant għall-kliewi. Tliet pazjenti jistennew trapjant għall-pulmun, wieħed qed jistenna trapjant għall-qalb, u pazjent wieħed jistenna trapjant għall-fwied,

Fi tweġiba li ta l-Ministru għas-Saħħa fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said, il-Ministrru Jo Etienne Abela qal ukoll li jixtieq is-sistema tad-donazzjoni tal-organi biex din titjieb. 

F’pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, saru liġijietr ġodda li rriżultaw f’żidiet kbar fir-rati tad-donazzjoni tal-organi.

Għal dan il-għan ser titnieda konsultazzjoni pubblika fil-futur qrib sabiex wara ssir leġislazzjoni bbażata wkoll fuq il-proposti mressqa mill-pubbliku.