Il-Ministru Bonett qed jibqa’ għaddej bħal gaffa minn fuq ir-redsidenti tal-Imsida.
Din id-dikjarazzjoni mhux qed jgħidha biss il-Partit Nazzjonalista, flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imsida, imma issa anke l-Moviment Graffitti.
Fl-aħħar jiem il-Ministru tat-Traffiku Chris Bonett, reġa’ daħħal proposta li jinbena pont pedonali qrib il-bus stop ta’ ħdejn il-Junior College. Dan minkejja li fil-passat din il-proposta kienet tneħħiet mill-pjanijiet oriġinali tal-Imsida Creek wara li l-NGOs u r-residenti kienu opponewha bil-qawwa.
Din il-mossa kontradittorja tagħti prijorità lill-użu tal-karozzi – għall-kuntartju ta’ dak li jgħid l-istess Ministru Bonett li jrid jippromovi modalitajiet alternattivi ta’ trasport.
Bil-Moviment Graffitti jgħid li din il-pożizzjoni kontradditorja qed twassal għal nuqqas ta’ aċċess sikur u effċjenti għal persuni li jimxu u ċiklisti. Dan filwaqt li ironikament tmur kontra l-Masterplan tat-Trasport li ħareġ il-Gvern stess li jippromwovi modalitajiet tal-ivvjaġġar sostenibbli.
Intant, dan il-pont pedonali se jġiegħel lil persuni li jmixu… jispiċċaw jitilgħu ħafna taraġ minflok sempliċiment jaqsmu t-triq. B’detriment enormi fuq kollox għall-anzjani, nisa tqal jew bi problemi ta’ mobbiltà.
Il-Moviment Graffitti għamel refernza wkoll għal kif iċ-ċiklisti se jkollhom jużaw żewġ lifts, li iktar iva milli le, issibhom ma jaħdmux minħabba ħsarat.
Huma temmew l-istqarrija tagħhom fuq il-midja soċjali, billi talbu lill-Gvern biex jagħti prijorità lill-bżonnijiet veri ta’ eluf ta’ residenti tal-Imsida, u lill-ħafna komunitajiet fil-qrib li jagħmlu użu minn dawn it-toroq ta’ kuljum.
Ir-residenti tal-Imsida minn naħa tagħhom ma żammewx lura milli jaqsmu l-opinjoni tagħhom anka fuq il-midja soċjali fejn insistew li nies iridu jiġu stmati ta’ nies, hekk kif ir-residenti għandhom dritt li jaqsmu komdi għall-Knsija jew għal passiġata trankwilla.
B’persuna oħra tgħid li pont bħal dan se jkompli jkerraħ l-Imsida – u oħrajn jgħidu li t-taraġ mhux ideali għal kulħadd.
//= $special ?>

