Jidher li għal ħafna, il-Black Friday ma offriex l-iskontijiet li bosta kienu qed jistennew.
Kien dan is-sentiment li nħass fost mijiet ta’ persuni li irħewla lejn il-Belt, Tas-Sliema, Ħal Qormi, u numru ta’ ċentri kummerċjali oħrajn sabiex jixtru u jibbenifikaw mill-iskontijiet li offrew numru ta’ stabbilimenti matul dawn il-jiem – perjodu li jagħti bidu għax-xiri marbut ukoll mal-festi tal-Milied.
It-tradizzjoni tal-Black Friday ilha li bdiet mill-1952, fl-Istati Uniti. U hi assoċjata mal-ġurnata tat-thanksgiving.
Peró din it-tradizzjoni infirexet sew mal-pajjiżi tal-Ewropa u bosta jkunu qed jistennew dan il-jum anke f’Malta. Tant hu hekk li tul is-snin il-Black Friday sar aktar imfittex – għalkemm illum il-ġurnata ħafna nies xorta qed jirrikorru għax-xiri online.
Crew ta’ Net News il-Ġimgħa żar il-Belt fejn tkellimna ma’ numru ta’ persuni li lkoll tawna opinjonijiet varji – kien hemm min qalilna li sab skontijiet b’saħħithom.
U oħrajn qalulna li minħabba li l-ħajja qed togħla, dawn l-iskontijiet l-anqas biss inħassu.
Intant, jidher li minħabba l-ġiri għall-iskontijiet tal-Black Friday, diversi zoni tal-pajjiż – minn kmieni wara nofsinhar – spiċċaw bi sriebet twal ta’ karozzi u traffiku. B’ħafna ikkummentaw online li jekk frankajt ftit ewro bl-offerti, żgur spiċċajt infaqthom fi fuel.
//= $special ?>

