Telgħu għal 128 it-total ta’ vittmi li mietu fin-nirien li ħasdu blokk ta’ appartamenti f’Hong Kong. Bl-awtoritajiet jikkonfermaw dan in-numru.
16-il katavru għadhom maqbuda fil-binja.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju tas-Sigurtà Chris Tang stqarr li għad hemm numru kbir ta’ persuni rappurtati nieqsa. U l-qraba tagħhom għadhom qed jgħixu mumenti ta’ ansjetà kbira, għaliex ma jafux x’sar minnhom.
In-nar dam kważi 40 siegħa biex ġie kontrollat – il-fjammi tant kienu b’saħħithom, li ħallew ħsara irreparabbli fl-istruttura kollha.
L-awtoritajiet f’Hong Kong għadhom qed jinvestigaw x’wassal eżatt biex feġġew dawn in-nirien.
//= $special ?>

