Il-federazzjoni għaddejja bit-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni li minnu joħorġu l-plejers li se jagħmlu parti mit-tim nazzjonali Malti. Il-kompetizzjonijiet jinsabu fi stadju ta’ semifinali fejn Clayton Castaldi, Luke Said, Clint Azzopardi u Wayne Pace għaddew fil-fażi tal-aħħar erbgħa.
Wayne Pace u Clint Azzopardi kisbu skor identiku ta’ 8-5 kontra Kevin Schembri u Glenn Axiaq rispettivament filwaqt li Clayton Castaldi xejn ma sabha faċli kontra Clayton Attard fejn rebaħ 8-7. Luke Said għeleb lil Mevrick Zammit 8-3 biex għadda wkoll għas-semifinali.
Luke Said jilgħab kontra Wayne Pace filwaqt li Clayton Castaldi jilgħab kontra Clint Azzopardi.
Fis-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Joseph Tabone jilgħab kontra Philip Farrugia fis-semifinali wara li aktar qabel elimina lil Darren Micallef 8-4 filwaqt li Farrugia għeleb lil Stephen Falzon 8-6.
Chris Tabone, li għeleb lil Sandro Bartolo 8-2 jilgħab kontra r-rebbieħ tal-aħħar kwarti tal-finali bejn Johan Grixti u Mario Scicluna. Fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Nick Muscat huwa l-ewwel finalist wara li fis-semifinali għeleb lil Steven Muscat 8-7. It-tieni semifinali hija bejn Casdy Vella u Matthias Debono
//= $special ?>
