Impenn Kontra l-Vjolenza Domestika Lokali Parlament

L-iżgħar vittma ta’ vjolenza domestika kienet ta’ sittax il-jum u l-ikbar ta’ 93 sena

F’dawn l-aħħar tliet snin l-età tal-iżgħar persuna li kienet vittma ta’ vjolenza domestika u li dwarha sar rapport fid-Domestic Violence (DV) Unit, kienet dwar minuri ta’ sittax il-jum.

Ir-rapport sar fil-preżenza tal-ġenitur, gwardjan legali, jew persuna oħra li kienet qed takkumpanja lill-vittma.

Dan ikkomfermah il-Ministru Byron Camilleri fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Baetolo.

Jirriżulta wkoll li l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) Unit f’dawn l-aħħar tliet snin, kienet persuna ta’ 93 sena.