Lokali

L-SDM jirbaħ il-Kunsill tal-ITS b’maġġoranza assoluta

L-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM), rebaħ il-Kunsill Studenti ITS għat-tieni sena konsekuttiva.

L-SDM irnexxiela tikseb maġġoranza assoluta fl-ITS, dan kollu wara li rnexxiela ttella’ l-ħames kandidati kollha tagħha fil-Kunsill tal-ITSC.

Il-membri eletti huma Kate Muscat, Jake Agius, Clyde Zammit, Cleaven Aquilina u Liam Axisa.