Lokali

“Persuni b’diżabbilià jridu ġustizzja biex jgħixu b’dinjità” – David Casa

Ritratt: EPP

“Meta persuna b’diżabbiltà ma ssibx l-appoġġ meħtieġ, ma tmurx minn taħt hi biss imma nitilfu aħna lkoll – il-pajjiż, l-ekonomija, is-soċjetà. Għaliex kulħadd għandu x’joffri.”

Hekk sostna l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, David Casa, waqt li kien qed jindirizza lill-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa.

Waqt dibattitu dwar strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà wara l-2024, Casa stqarr li fil-qasam tad-diżabbiltà għad fadal ħafna xogħol xi jsir u li miljun ta’ persuni b’diżabbiltà fl-Ewropa qegħdin jitħallew lura.

Hu saħaq, “Meta wassalna l-European Disability Card, bdejna nżarmaw ċerti ostakli imma kemm għad fadlilna x’nagħmlu: biex intejbu l-aċċess għax-xogħol, biex noffru servizzi li jaħdmu, edukazzjoni li tilqa’ lil kulħadd, teknoloġija li tiftaħ il-bibien u mhux li tagħlaqhom.”

David Casa temm jinsisti li persuni b’diżabbiltà ma jridux ħniena jew pjaċiri imma ġustizzja biex jgħixu b’dinjità.