Il-maniġment ta’ Microtek Medical Malta għandha l-intenzjoni li twaqqaf l-operat tagħha f’Malta. Bir-riżultat li numru kbir ta’ ħaddiema se jiġu issensjati – aħbar li ircievew eżatt qabel ma dħalna fi żmien il-festi.
It–tmexxija ta’ din il-kumpanija li hija sussidjarja tal-multinazzjonali Amerikana Medline, qalet li r-raġuni wara din id-deċiżjoni hi t-tibdil globali tan-network tal-manifattura tagħha, u d-deċiżjoni li l-produzzjoni tiġi konsolidata f’faċilitajiet akbar eżistenti fi bnadi oħra fl-Ewropa.
Il-GWU, esprimiet tħassib għal kif din id-deċiżjoni tpoġġi f’riskju l-impjieg ta’ 96 ħaddiem u żiedet tgħid li dan l-iżvilupp huwa partikolarment inkwetanti fid-dawl ta’ rapporti li jindikaw li Medline Industries qed tħejji għal Offerta Pubblika Inizjali maġġuri.
Bħalissa il-Union tinsab f’kuntatt dirett ma’ diversi kumpaniji ewlenin tal-manifattura f’Malta li indikaw domanda immedjata għall-ħiliet li għandhom il-ħaddiema ta’ Microtek.
Intant, aktar kmeini din is-sena l-fabbrika, Carlo Gavazzi, ukoll kienet ħabbret li se tagħlaq b’aktar minn 130 ħaddiem spiċċaw imkeċċija.
//= $special ?>

