Aston Villa 2 Young Boys 1
Bir-raba’ rebħa minn ħames partiti Aston Villa qed jaqsmu l-ewwel post. Protagonista f’Villa Park l-attakkant ċentrali DONYELL MELEN li skorja darbtejn bl-ewwel gowl skorjat fis-27 minuta meta minn azzjoni ta’ Youri Tielemans għeleb lil Keller. Fit-42 minuta minn pass ta’ Morgan Rogers kien mill-ġdid DONYELL MELEN li għeleb lil Marvin Keller. Young Boys naqqsu l-iskor fid-90 minuta permezz ta’ JOEL MONTEIRO li minn azzjoni ta’ Gregory Wuthrich għeleb lil Emiliano Martinez.
Bologna 4 Salzburg 1
F’Renato dall’Ara tkompli s-serje pożittiva ta’ Bologna u t-tieni rebħa fil-kompetizzjoni. Fis-26 minuta kien JENS ODEGAARD li għeleb lil Saller biex poġġa lil Bologna fil-vantaġġ. Fit-33 minuta Salzburg kisbu l-gowl tad-draw meta minn azzjoni ta’ Edmond Baidoo kien YORKE VERTESSEN li għeleb lil Federico Ravaglia. 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. It-tieni taqsima dominju minn Bologna li fil-51 minuta minn pass ta’ Juan Miranda kien THIJS DALLINGA li għamel l-iskor 2 – 1. Żewg minuti wara kien FEDERICO BERNARDESCHI li kompla jkabbar l-iskor għal 3 – 1 sabiex fis-86 minuta minn azzjoni ta’ Castro, bħal dejjem kien RICCARDO ORSOLINI li għeleb lil Alexander Sallager għall-4 – 1 u għalaq il-partita.
Nottingham Forest 3 Malmo 0
Faċli għal Nottingham fis-City Ground bit-tieni rebħa fil-kompetizzjoni. Fis-27 minuta kien RYAN YATES li għeleb lil Melker Ellborg sabiex poġġa lil Nottingham fil-vantaġġ. Reazzjoni limitata minn Malmo li fl-44 minuta sofrew it-tieni gowl meta minn azzjoni ta’ Yates kien ARNAUD KALIMUENDO li għeleb lil Ellborg.
Nottingham għalqu l-partita fid-59 minuta permezz ta’ NIKOLA MILENKOVIC għat 3 – 0 finali.
//= $special ?>

