L-Uffiċċju Meterjoloġiku ħareġ twissija ‘Oranġjo’ minħabba l-maltempati ta’ dawn is-sigħat. Dan hekk kif il-gżejjer Maltin intlaqtu minn xita qawwija u kostanti.
Dan il-maltemp jidher li se jissokta anke matul tmiem il-ġimgħa, speċjalment fil-ġurnata tas-sibt.
Ir-riħ se jkun qed ilaħħaq Forza 5 mill-Majistrall, għalkemm ix-xita se tkun qed tbatti mill-intensità tagħha.
Apparti minn hekk, jidher li r-riħ u l-maltemp wassal biex tinżel sew it-temperatura – tant li f’xi ħinijiet matul il-lejl, it-temperatura bdeit tinħass 8 gradi.
//= $special ?>

