Żewġ nisa ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti tat-traffiku.
L-inċident seħħ illum, għal xi s-01:00hrs, fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Mini Cooper D misjuqa minn Franċiża ta’ 45 sena residenti Tas-Sliema u Audi Q2 misjuqa minn mara ta’ 38 sena residenti Ħal Tarxien. Fil-Mini kien hemm ukoll Franċiża ta’ 49 sena li tgħix f’Tas-Sliema.
Tim mediku ta l-assistenza u ż-żewġ nisa ta’ 38 u 49 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza.
Aktar tard, il-mara ta’ 49 sena ġiet iċċertifikati li weġġgħet gravi, filwaqt li l-oħra ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

