Lokali Parlament

337 persuna jistennew l-operazzjoni tal-ftuq

337 persuna qed jistennew li jagħmlu l-operazzjoni tal-ftuq u li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent.

Il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-ftuq ikkkonfermaha l-Ministru Jo Etienne Abela, Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziellla Galea.

Jirriżulta wkoll mill-istess tweġiba li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru tal-2025, saru total ta’ 1,080 operazzjoni tal-ftuq, li 77 minnhom kienu outsourced.

Għar-rigward tal-lista ta’ stennija l-Ministru Abela qal li jkun hemm bosta raġunijiet għala l-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent jinqabeż, iżda assigura li każijiet urġenti, jsiru fl-iqsar żmien possibbli.