Sport Sport Ieħor

Flyers u Swieqi Phoenix Nium b’rebħiet fis-Super League

It-tim tal-Flyers wara r-reb]a fuq Paola

Flyers u Swieqi Phoenix Nium rebħu ż-żewġ partiti tagħhom mill-kampjonat Super League li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera, kampjonat organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Fl-ewwel logħba Flyers rebħu lil Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-0.  Flyers fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 25 għal 10. Batew xi ftit fit-tieni set meta rebħuh biss 27 għal 25 iżda pattew fit-tielet wieħed meta ħarġu rebbieħa 25 għal 15. B’hekk Flyers irnexxilhom jirritornaw għar-rebħ filwaqt li kompliet il-kriżi tat-team Pawlist meta sal-lum għadu ma rebaħx logħba waħda u jinsab fl-aħħar post b’żewġ punti biss. 

Fit-tieni logħba l-leaders Swieqi Phoenix Nium rebħu liċ-champions Falcons ukoll bi skor ta’ 3-0. Il-leaders fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 25 għal 14 u t-tieni wieħed 25 għal 18. Aktar kumbattut kien it-tielet set bi Swieqi jkollhom jitħabtu biex joħorġu rebbieħa 25 għal 23.  

Riżultati

Super League

Flyers vs Paola Executive Security 3-0 (25-10, 27-25, 25-15)

Falcons vs Swieqi Phoenix Nium 0-3 (14-25, 18-25, 23-25)

L-Ewwel Diviżjoni

Birkirkara vs Mgarr 0-3 (12-25, 15-25, 19-25)

Under 19

Swieqi Phoenix vs Depiro 3-1 (26-28, 25-16, 25-19, 25-17)

Birkirkara vs Flyers 0-3 (15-25, 13-25, 26-28)

Under 15

Birkirkara Dynamites vs Swieqi Phoenix YS 3-0 (25-7, 25-6, 25-11)

Flyers vs Swieqi Phoenix Ninjas 0-3 (13-25, 15-25, 7-25)

Paola Maypole vs Depiro Blue 3-0 (25-22, 25-17, 27-25)