Lokali

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jgħid li l-istudenti kienu barranin

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni qal li fl-argument li seħħ dalgħodu bejn żewġ studenti ta’ nazzjonalità barranija ntużat arma li taqta’ u bil-ponta. Student minnhom ittieħed l-isptar fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li ħa passi biex il-Victim Support Agency tagħti l-appoġġ lil studenti u edukaturi li assistew għall-każ. It-tmexxija tal-iskola qed tikkopera bi sħiħ mal-investigazzjonijiet tal-Pulizija.