Lokali

Il-Pantomima ‘Korps Brajd’ se tittella fit-Teatru San Alwiġi matul il-vaganzi tal-Milied

Għal sena oħra, l-Fondazzjoni Teatrali Silvio Fleri Soler (VO/2428) se jkunu qed iħejju l-Pantomima annwali tagħhom bit-titlu ‘Korps Brajd’, ispirata mill-film ‘Corpse Bride’ ta’ Tim Burton.

Il-pubbliku hu mistieden jattendi għaż-żwieġ ta’ Emily u Victor fl-underworld, fejn se jkun qed jesperjenza serata mimlija daħk, żfin, kant, u emozzjonijiet.

Bil-kitba u direzzjoni ta’ Joseph Fleri Soler, din il-pantomima hija produzzjoni interna maħluqa kompletament mill-membri tal-fondazzjoni, inklużi l-kostumi, d-diżinn u l-bini tal-palk, il-koreografija, l-operat tekniku, kif ukoll il-marketing.

Il-Pantomima ‘Korps Brajd’ se tkun qeda ssir fit-Teatru San Alwiġi f’Birkirkara fit-30 ta’ Diċembru, u fit-2, fit-3 u fl-4 ta’ Jannar, u s-serata se tibda fis-6pm.

Wieħed jista’ jixtri l-biljetti billi jżur www.ticketline.com.mt