Lokali

Ir-riżultati Uffiċjali tal-elezzjonijiet tal-Kumitat Reġjonali f’Għawdex

It-tesserati Għawdxin tal-Partit Nazzjonalista s-Sibt ivvutaw sabiex jeleġġu ċ-Chairperson u sitt membri fil-Kumitat Reġjonali ġdid tal-PN f’Għawdex… kif ukoll Rappreżentant Distrettwali ta’ Għawdex fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-elezzjoni għal Chairperson tal-Kumitat Reġjonali tal-PN f’Għawdex ikkontestaw żewġ kandidati – Kevin Curmi u Noel Formosa.

Voti mitfugħa 1,111
Voti invalidi 11
Voti validi 1,100

Riżultat

  • Kevin Curmi 496
  • Noel Formosa 604 Elett

Elezzjoni għal sitt membri tal-Kumitat Reġjonali tal-PN f’Għawdex

Riżultat:

  • Mark Attard 743 Elett 4
  • Maria Bajada 843 Eletta 1
  • Eucharist Camilleri 638 Elett 6
  • Jeremy John Hili 754 Elett 3
  • Josef Charles Hili 696 Elett 5
  • Joseph Micallef 596
  • Marcell Tabone 836 Elett 2
  • Tania Vella 574
  • Miriam Zammit 497

Elezzjoni ta’ Rappreżentant Distrettwali ta’ Għawdex fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Voti mitfugħa 103
Voti invalidi 1
Voti validi 102

Riżultat

  • Noel Tabone 53 Elett
  • Maria Victoria Theuma 49