Jekk inti tinsab f’sitwazzjoni ta’ biża’ jew ta’ abbuż jew taf lil xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna, nitlobkom għamlu intom l-ewwel pass; għamluh għalikom, għamluh għat-tfal tagħkom, l-ewwel pass jista’ jsalva ħajja, jista jagħti ħajja aħjar.
Kien dan il-messaġġ b’saħħtu li waslet Sarah, fuq il-mezzi soċjali hekk kif bħalissa għaddejja kampanja kontra l-vjolenza domestia, fejn fakkret in-numru tal-helpline 179.
Inti m’intiex il-problema, inti għandek valur u għandek id-dritt li tgħix, kompliet tgħid Sarah.
Fil-messaġġ tagħha, Sarah tenniet li l-make-up qatt ma għandu jituża biex jaħbi xi tbenġila jew xi uġigħ, u stqarret li bħala omm hi jiddispjaċiha li hemm xi wlied li jaħsbu li din il-ħaġa hija normali, hekk kif xejn minn dan ma hu normali.
It-tfal għandhom jarawna rispettati u maħbuba u mhux imweġġa’ jew beżgħana, temmet tgħid Sarah.
//= $special ?>

