Lokali Parlament

Jitħassru r-riżultati għal sejħa għall-Assistent Kummissarju tal-Pulizija

Ir-riżultati għas-sejħa għall-Assistent Kummissarju ta’ Lulju 2022, tħassru f’Awwissu 2022 wara li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku iddeċidiet li tannulla l-proċess ta’ għażla għall-istess sejħa u d-digriet li din tiġi mwaqqfa u tinħareġ sejħa oħra f’qasir żmien.

Dan sostnieh fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott.