Lokali

Kast b’saħħtu għall-opra ta’ Verdi Falstaff

It-Teatru Manoel flimkien mal-MNO jħabbru produzzjoni ġdida tal-opra Falstaff ta’ Verdi, li qed terġa’ tittella’ f’Malta b’kast internazzjonali ta’ klassi dinjija, li ħafna minnhom qed jerġgħu jinterpretaw l-irwoli famużi tagħhom f’Falstaff minn fost l-aqwa teatri tad-dinja.

Taħt id-direzzjoni kreattiva tat-tenur Malti u nominant tal-Opera Awards Nico Darmanin, l-MNO flimkien mat-Teatru Manoel se jibdew kapitlu ġdid ta’ sħubija internazzjonali u ambizzjoni artistika, li se jġibu quddiem l-udjenzi Maltin xogħlijiet klassiċi li jirriflettu l-ogħla livelli operistiċi u viżjoni moderna għall-futur.

Din il-produzzjoni ġdida, li se tittella’ fit-22 ta’ Frar sal-1 ta’ Marzu 2026, isseħħ ġewwa studio tax-xandir tas-snin sittin mimli ħajja, ispirat mid-direttriċi Barbara Diana, fejn Falstaff jisplodi bil-kulur, il-kummiedja u l-esperjenza ta’ televiżjoni diretta. Il-kapolavur finali ta’ Verdi jieħu ħajja ġdida f’din id-dinja ta’ dwal ON AIR mixgħula, kameras ta’ studio, purtieri tal-bellus u kaos ta’ wara l-kwinti… ambjent li jkabbar l-umoriżmu u l-enerġija eżuberanti tal-opra.

Din il-produzzjoni hija mmexxija minn Federico Tibone, personalità li qed timraħ fis-settur operistiku Ewropew li x-xogħol tiegħu jinkludi l-Opéra National de Paris u l-Opéra de Marseille, u li jġib miegħu tmexxija mużikali preċiża, fejn se joħroġ l-istil komiku ta’ Verdi u l-brillanza tal-ensembles tiegħu. Hu se jkun qed imexxi l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta fl-opra Falstaff.

Id-disinn tas-sett u tal-kostumi, maħluqa minn Stewart J. Charlesworth, huma ċ-ċentru viżiv ewlieni tal-produzzjoni. Ispirat mill-palette qawwija u l-istil grafiku tas-snin sittin, id-dinja ta’ Charlesworth hija mimlija b’waqtiet komiċi, dwal tal-istudio, splużjonijiet ritmiċi ta’ kulur u siluwetti mfassla b’mod ċar li jirriflettu r-ritmu u l-brijju tal-mużika ta’ Verdi, filwaqt li jarrikkixxu l-kummiedja ħajja mmexxija mill-karattri li tiżvolġi fuq il-palk.

Kapitlu ġdid għall-opra f’Malta

Din il-kollaborazzjoni bejn l-MNO u t-Teatru Manoel timmarka bidla fil-pajsaġġ operistiku Malti, lejn produzzjonijiet mibnija fuq kast internazzjonali, teatru kontemporanju u sens wiesa’ ta’ ambizzjoni artistika fuq il-palk nazzjonali.

Bil-ħidma vibranti tagħha tas-snin sittin u t-tim kreattiv eċċezzjonali tagħha, Falstafftagħti bidu għal approċċ aktar miftuħ lejn l-opra f’Malta: wieħed definit mill-eċċellenza artistika, l-iskala u konnessjoni ġdida mad-djalogu operistiku Ewropew iktar wiesa’.

Il-produzzjoni

Din il-verżjoni ġdida ta’ Falstaff tieħu lill-udjenzi fid-dinja frenetika ta’ studio televiżiv tas-snin sittin, post fejn il-vanità, l-ambizzjoni, l-għajdut u x-xewqa jiżvolġu taħt id-dwal bla ħniena tal-istudio. Hekk kif l-iskemi ta’ Falstaff jaqgħu għal kollox madwaru, in-nisa ta’ Windsor jieħdu l-kontroll f’vendetta komika bi ħsieb brillanti.”

Synopsis

Sir John Flastaff, raġel kburi bih innifsu u ma tantx għandu flus, jibda jaħdem fuq pjan biex jittanta żewġ nisa miżżewġa Alice Ford u Meg Page bit-tama li jakkwista aċċess għall-flus ta’ żwieġhom. Iżda Falstaff jipiċċa jitħawwad hekk kif ma jindunax bil-ħbiberija ta’ bejn iż-żewġ nisa u jibgħatilhom l-istess ittra ta’ mħabba.

Meta mbagħad in-nisa jikkumparaw l-ittra li rċevew, jiddeċiedu li jibdew jilagħbu logħba differenti. Il-ħbiberija elaborata tagħhom tħalli lil Falstaff imbarazzat u kompletament imħawwad, filwaqt li Ford jispiċċa jipprepara l-pjanijiet tiegħu stess ta’ ritaljazzjoni.

Kollox jintemm fil-Foresta ta’ Windsor, fejn Falstaff jiltaqa’ man-nies tal-lokal imlibbsin bħala fairies, spirti u mostri. Imbeżża’ b’nuqqas ta’ kuraġġ, fl-aħħar jirrikonoxxi l-assurdità tal-vanità tiegħu stess. L-opra tispiċċa b’waħda mil-linji l-aktar famużi ta’ Verdi: “Tutto nel mondo è burla” – kollox fid-dinja huwa ċajta!

Ċelebrazzjoni rebbieħa tal-komiċita, tal-maħra u l-ferħ tal-ħajja umana.