Il-vittmi tal-għargħar li, il-ġimgħa l-oħra, faqa’ medda ta’ territorji fl-Indoneżja issa huma konfermati bħala ‘il fuq sew minn 500…Dan meta l-iskwadri għall-emerġenzi għadhom qed jippruvaw jilħqu lill-komunitajiet li spiċċaw iżolati mill-għargħar li rriżulta minn ċiklun ta’ qawwa rari.
L-impatt tal-għargħar, sadanittant, qed jinħass l-aktar fi tlett provinċji kbar tal-Indoneżja, bir-rutina tal-ħajja tinsab effettivament iffriżata għal xi 1.4 miljun resident.
Dan ukoll meta 500 oħra għadhom irrappurtati mejtin, bl-awtoritajiet fl-Indoneżja qed jieħdu ħsieb lill-eluf tal-midruba.
Minbarra l-Indoneżja, l-aħħar jiem ta’ maltemp straordinarju ħallew ukoll impatt qattiel f’pajjiżi Asjatiċi oħrajn, fosthom it-Tajlandja, il-Malasja u s-Sri Lanka.
//= $special ?>

