L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nieda dehra ġdida u iżjed moderna lis-siti talajruport u tal-Uffiċċju Meteoroloġiku, bil-għan li jtejjeb l-aċċess għallinformazzjoni u joffri esperjenza isbaħ u aħjar lil dawk li jżuruhom.
Is-sit aġġornat tal-ajruport huwa mqassam strateġikament f’żewġ oqsma distinti ‘Passenger’ u ‘Corporate’ bil-għan li s-segwaċi jkunu jistgħu jsibu b’mod aktar effiċjenti l-informazzjoni li jkollhom bżonn u li hija relevanti għalihom.
L-ewwel sezzjoni tipprovdi informazzjoni għall-passiġġieri, b’diversi għodod ġodda li jkomplu jtejbu l-esperjenza tagħhom. Fost dawn, il-passiġġieri u l-viżitaturi issa jistgħu jużaw il-kalkolatur biex jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar ir-rati tal-parkeġġ, iniżżlu mapep tal-ajruport biex jippjanaw aħjar il-vjaġġ tagħhom u anke jagħmlu użu minn għodda aġġornati biex ifittxu b’mod iżjed effiċjenti titjiriet
minn u lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Bħala parti minn dan l-aġġornament, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta introduċa titjib sinifikanti fis-sit tal-Uffiċċju Meteoroloġiku. Fost dawn, it-tbassir tat-temp għat-tliet ijiem li ġejjin issa huwa ppreżentat b’aktar dettall u mqassam fuq tliet perjodi differenti tal-ġurnata, jiġifieri filgħodu, waranofsinhar u filgħaxija, bil-għan li l-informazzjoni mogħtija għal kull jum tkun iżjed preċiża.
Inbidlu wkoll l-illustrazzjonijiet tat-temp, biex ikopru kundizzjonijiet tat-temp varji, biex anke dawn
jipprovdu iżjed dettalji u stampa iżjed korretta dwar it-temp imbassar għal kull jum.


