Raġel ta’ 80 sena residenti Raħal Ġdid, għal xi nofsinhar (1200hrs), ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Toyota Ractis, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena u jgħix iż-Żejtun.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

