Student tal-iskola sekondarja ta’ Santa Klara f’Pembroke jinsab l-isptar, wara li dan qala’ daqqa b’oġġett bil-ponta minn student ieħor.
Il-każ seħħ dalgħodu ftit qabel it-8am, meta l-istudenti kienu deħlin għal-lezzjonijiet tagħhom.
Jidher li t-tifel ittieħdet mill-post b’ambulanza. U tifel ieħor inżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.
Net News jinsab infurmat li t-tifel qala’ daqqa f’ġenbha, u jinsab f’kundizzjoni kritika.
L-istudenti qedgħin fil-Form 4 ta’ din l-iskola Sekondarja.
Il-ġenituri taż-żewġ studenti ġew infurmati b’dan l-inċident, filwaqt li l-istudent li allegatament aggredixxa lill-istudent l-ieħor qiegħed jiġi interogat.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li dawn iż-żewġ studenti, li huma barranin, ta’ spiss kienu jargumentaw ma’ xulxin.
Il-kumplament tal-istudenti jinsabu taħt xokk kbir, u l-ġenituri l-oħra ġew ikkuntatjati mill-amministrazzjoni tal-iskola.




